F’ċertu sitwazzjonijiet huwa possibli għall- pubbliku ġenerali li jikseb prodotti mediċinali veterinarji.
Dan jista’ jsir skont 7 ta’ Leġislazzjoni Sussidjarja 437.115 il-kundizzjonijiet li jistgħu jippermettu t-tali eżenzjonijiet huma kif imsemmi hawn taħt. Il-partijiet interessati xorta għandhom jirreferu għal-leġiżlazzjoni relevanti.
• Il-mod l-aktar komuni li bih jiġu interċettati t-tali prodotti mit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji huwa permezz ta’ pakketti postali li jintbagħtu mill-Malta Post jew kurrieri speċjalizzati għall- eżaminazzjoni mit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji.
• It-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji tinvestiga l-kontenut tal-pakketti skont il-kriterji imsemmija fil-liġi kif interpretat mill-uffiċjali professjonali u kompetenti tagħha.. Tista’ mbagħad tiddikjara li m’għandha l-ebda oġġezzjoni għar-rilaxx tal-prodotti.
• Għal evalwazzjoni malajr, għandu jkun hemm inkluż l-irċevuta bid-dettalji kollha tal-fornitur u min qed jirċievi l-pakkett tal-posta. Dettalji fuq in-natura tal-prodott huma essenzjali.
• Il-pubbliku ġenerali huwa skoraġġut milli jikseb prodotti mediċinali veterinarji li fihom antimikrobiċi u sterojdi permezz ta’ din ir-rotta.
• Min għandu l-ħsieb li jġib prodotti mediċinali veterinarji b’dan il-mod huwa avżat li jikkonsulta l-Leġislazzjoni Sussidjarja 117.14 qabel jimporta prodotti veterinarji.
• Din tiġi kkonsidrata bir-reqqa mit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji meta tkun qed tagħmel l-assessjar tagħha.
• Id-dikjarazzjoni Doganali, id-dikjarazzjonijiet rilevanti u l-fatturi għandhom ikunu jaqblu man-natura tal-prodotti.
• It-taqsima tista’ tistaqsi dwar minn huwa sid tal-annimali li lilhom se jingħataw il-prodotti peress li l-prodotti huma maħsuba għal użu privat.
• Jista’ jkun li jkollha tiġi sottomessa riċetta veterinarja skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE, speċjalment għal dawk il-prodotti li m’għandhomx prodotti simili f’Malta (anke jekk jistgħu jkunu ttikkettjati bħala li ma jeħtiġux riċetta veterinarja)