Missjoni

Il-Missjoni Tagħna

Id-Direttorat għas-Servizzi  Veterinarja huwa responsabbli għall-iżvilupp ta’politiki settorjali u l-implimentazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE. Huwa jissorvelja r-regolamentazzjoni ta’prodotti mediċinali veterinarji u l-liċenzjar ta’ stabbilimenti veterinarji. L-objettivi ewlenin huma li tissalvagwardja s-saħħa tal-annimali u dik pubblika, u li tipprovdi l-ambjent regolatorju ideali biex is-setturi li tirregola jirnexxu.