vsd.gov.mt

Eżenzjonijiet għall-Użu Personali

F’ċertu sitwazzjonijiet huwa possibli għall- pubbliku ġenerali  li jikseb prodotti mediċinali veterinarji.

Dan jista’ jsir skont 7 ta’ Leġislazzjoni Sussidjarja 437.115 il-kundizzjonijiet li jistgħu jippermettu t-tali eżenzjonijiet huma kif imsemmi hawn taħt. Il-partijiet interessati xorta għandhom jirreferu għal-leġiżlazzjoni relevanti.

Kundizzjonijiet biex tikseb Prodott Mediċinali Veterinarju għall-Użu Privat

  1. Il-prodotti ma jistgħux jerġgħu jinbigħu għal qligħ monetarju; 
  2. Il-prodotti ma jistgħux jiġu trasferiti lil partijiet terzi sakemm it-tali trasferiment ma jkunx awtorizzat mit-taqsima;
  3. Id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għal mediċini psikotropiċi, mediċini narkotiċi għall-annimali kollha u fil-każ ta’ annimali li jipproduċu l-ikel anke dawk is-sustanzi mniżżla fi Grupp A ta’ Skeda I tar-Regoli fuq il-Miżuri biex isir monitoraġġ ta’ ċerta Sustanzi u Residwi tagħhom f’Annimali Ħajjin u Prodotti tal-Annimali u Tabella II tar-Regolament (UE) 37/2010;
  4. Il-kwantità tal-prodotti miksuba għandha tkun proporzjonali għad-doża b’rabta mal-kundizzjoni li ser tkun qed tintuża għaliha;
  5. Il-kwantità tal-prodotti li ser ikunu permessi jidħlu fit-territorju Malti għandha tkopri l-perjodu indikat bħala t-tul tat-trattament fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott jew fuq ir-riċetta tal-kirurgu veterinarju Madanakollu, prodotti li huma maħsuba li jintużaw għal kundizzjonijiet rikurrenti jew kroniċi jistgħu jitħallew jidħlu Malta għadd ta’ drabi matul is-sena, sakemm ikun hemm evidenza li turi l-benefiċċji miksuba bl-użu regolari ta’ dawn il-prodotti;
  6. L-individwi jistgħu jintalbu jipprovdu riċetta veterinarja għall-prodotti klassifikati bħala tali li jeħtieġu riċetta fil-pajjiż minn fejn ser jinxtraw jew għal prodotti mediċinali veterinarji simili f’Malta.
    Il-persuna li tirċievi l-prodott xorta tista’ tiġi mitluba għat-tali riċetta veterinarja anke jekk il-prodotti huma klassifikati bħala li m’għandhomx bżonn riċetta veterinarja fil-pajjiż minn fejn ikunu nġiebu;
  7. Jistgħu jinkisbu biss prodotti li ma jkunx fihom prodotti ġejjin mill-annimali u li huma derivati minn żoni b’riskju għoli li hemm jew li hemm suspett ta’ ċertu mard;
  8. Jistgħu jinkisbu biss prodotti li ma fihomx ingredjenti li huma klassifikati bħala illegali f’Malta u ma jkollhomx indikazzjonijiet ta’ projbizzjoni f’Malta;
  9. Jistgħu jinkisbu biss prodotti li jkollhom tikketti addattati li jagħtu indikazzjoni ċara tan-natura tal-ingredjent/i fil-prodott;
  10. Annimali li jipproduċu l-ikel li jingħataw prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati skont dan ir-regolament jistgħu jiġu kkunsmati biss mill-persuna li qed iġġib il-prodotti mediċinali veterinarji, jew minn membri tal-istess residenza li jagħtu l-kunsens tagħhom. Għandu japplika l-perjodu ta’ rtirar addattat;
  11. Qabel tittieħed deċiżjoni fuq prodotti mediċinali veterinarji antimikrobiċi u prodotti li għandhom effett ormonali, isir assessjar tar-riskju fi żmien addattat;
  12. Id-deċiżjoni fuq l-opinjoni tal-rilaxx jew mod ieħor tal-prodotti hija mingħajr preġudizzju lejn l-ebda liċenzja jew permess li l-persuna li qed iġġib il-prodotti mediċinali veterinarji jista’ jkun li għandha bżonn tikseb skont ir-regolamenti tal-istess Dipartiment jew Dipartiment differenti.
  13. Is -Servizz Veterinarju m’għandux kompetenza biex jiddeċiedi dwar l-akkwist ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li se jintużaw fuq l-annimali;
  14. L-akkwist ta’ prodotti immunoloġiċi b’dan il-mod huwa skoraġġut, speċjalment għal prodotti immunoloġiċi ħajjin jew attenwati. Għandha tingħata prova tal-preżenza tal-mikrobu jew razza partikolari għal dan tal-aħħar. Il-prodotti immunoloġiċi ġeneralment ikollhom kundizzjonijiet tat-trasport speċifiċi ħafna u kkontrollati.

Punti fuq l-investigazzjoni ta’ pakketti postali mit-Taqsima

• Il-mod l-aktar komuni li bih jiġu interċettati t-tali prodotti mit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji huwa permezz ta’ pakketti postali li jintbagħtu mill-Malta Post jew kurrieri speċjalizzati għall- eżaminazzjoni mit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji.

• It-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji tinvestiga l-kontenut tal-pakketti skont il-kriterji imsemmija fil-liġi kif interpretat mill-uffiċjali professjonali u kompetenti tagħha.. Tista’ mbagħad tiddikjara li m’għandha l-ebda oġġezzjoni għar-rilaxx tal-prodotti.

• Għal evalwazzjoni malajr, għandu jkun hemm inkluż l-irċevuta bid-dettalji kollha tal-fornitur u min qed jirċievi l-pakkett tal-posta. Dettalji fuq in-natura tal-prodott huma essenzjali.
• Il-pubbliku ġenerali huwa skoraġġut milli jikseb prodotti mediċinali veterinarji li fihom antimikrobiċi u sterojdi permezz ta’ din ir-rotta.

• Min għandu l-ħsieb li jġib prodotti mediċinali veterinarji b’dan il-mod huwa avżat li jikkonsulta l-Leġislazzjoni Sussidjarja 117.14 qabel jimporta prodotti veterinarji.

• Din tiġi kkonsidrata bir-reqqa mit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji meta tkun qed tagħmel l-assessjar tagħha.

• Id-dikjarazzjoni Doganali, id-dikjarazzjonijiet rilevanti u l-fatturi għandhom ikunu jaqblu man-natura tal-prodotti.

• It-taqsima tista’ tistaqsi dwar minn huwa sid tal-annimali li lilhom se jingħataw il-prodotti peress li l-prodotti huma maħsuba għal użu privat.

• Jista’ jkun li jkollha tiġi sottomessa riċetta veterinarja skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-UE, speċjalment għal dawk il-prodotti li m’għandhomx prodotti simili f’Malta (anke jekk jistgħu jkunu ttikkettjati bħala li ma jeħtiġux riċetta veterinarja)

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.