vsd.gov.mt

Awtorizzazzjonijiet ta’ Prodotti Mediċinali Veterinarji

Introduzzjoni

Prodotti mediċinali veterinarji għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni relevanti qabel jitqiegħdu fis-suq f’Malta.

Lista ta’ prodotti mediċinali veterinarji awtorizzati sa’ 4 ta’ Frar 2025
Tabella ta’ Awtorizzazzjonijiet jew Reġistrazzjonijiet

Lista ta’ Modi ta’ Awtorizzazzjonijiet u Dettalji tal-Prezzijiet

Mingħajr ħlas / sena

• Reġistrazzjoni ta’ kampjuni jew pakketti ta’ dimostrazzjoni

Bi ħlas ta’ €180/ 3 snin

Reġistrazzjoni ta’ Prodott Mediċinali Veterinarju skont ir-regolament 8(1) ta’ S.L 437.115 skont Artiklu 116 tar-Regolament (UE) 2019/6
• Awtorizzazzjoni Nazzjonali għall-Kummerċjalizzazzjoni.
Awtorizzazzjoni għall-Akkwist ta’ Prodotti Mediċinali Veterinarji għal Skopijiet ta’ Żvilupp u Riċerka

Bi ħlas ta’ €60/sena

Awtorizzazzjoni tal-Kaskata

Bi ħlas ta’ €300/ 5 snin

Notifika għal Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq tal-Komunità (Prodotti awtorizzati b’ mod ċentralizzat)
Awtorizzazzjoni ta’ Prodott Mediċinali Veterinarju skont ir-regolament 5 ta’ S.L 437.115 linja mal-Artikolu 5(6) tar-Regolament (UE) 2019/6
• Reġistrazzjoni ta’ Prodott għal Kummerċ Parallel.
• Reġistrazzjoni ta’ prodott omeopatiku

Bi ħlas ta’ €1,000/ 5 snin

Fażi Nazzjonali Finali għall-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq permezz tar-Rikonoxximent Reċiproku/Proċedura Deċentralizzata (MRP/DCP)

Ċertifikati ‘Free-sale’

It-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji tista’ toħroġ ukoll Ċertifikati ta’ ‘Free sale’ għal Prodotti Mediċinali Veterinarji li huma rreġistrati/awtorizzati jew immanifatturati f’Malta.

Għal aktar dettall applikanti jistgħu jagħmlu kuntatt mat-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji.

Il-bażi legali għal dan hija l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) 2019/6

Iċ-ċertifikati tal-‘free-sale’ huma soġġetti għal ħlas ta’ €180 Euro / snin għal kull ċertifikat għall-ħruġ tagħhom.

Noti Importanti

Nota fuq il-Kategorija ta’ Distribuzzjoni

Għalkemm applikanti jistgħu jipproponu Kategorija ta’ Distribuzzjoni għall-Prodotti Mediċinali Veterinarji, id-deċiżjoni finali tibqa’ dik tat-Taqsima għall-Mediċini Veterinarji li tikklassifika l-Kategorija ta’ Distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali veterinarji skont il-kriterji għall-Kategorija ta’ Distribuzzjoni ibbażati fuq S.L 437.115

Nota fuq it-tilqim għal kull tip ta’ skema ta’ awtorizzazzjoni

L-applikanti huma mħeġġa sabiex ikunu infurmati fuq il-politika/programmi ta’ tilqim għal tipi differenti ta’ mard. Meta tilqima tkun għal varjant partikolari, applikanti għandhom jipprovdu prova li l-varjant partikolari huwa preżenti f’Malta. Applikanti jistgħu jintalbu jibagħtu swabs jew kampjuni lil laboratorji approvati biex isiru testijiet differenzjati tal-Polymerase Chain Reaction (PCR) biex tiġi kkonfermata l-preżenza tal-varjant.

Kull persuna li biħsiebha timmanifattura, timporta, tippossjedi, tiddistribwixxi, tbigħ, tforni u tuża (inklużi kirurgi veterinarji għal kaskata) dan il-prodott mediċinali veterinarju trid l-ewwel tikkonsulta mal-awtorità kompetenti ta’ Malta (FSSA), dwar il-politiki attwali tat-tilqim peress li dawn l-attivitajiet jistgħu jiġu pprojbiti f’Malta fit-territorju kollu tagħha jew f’parti minnu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Pereżempju, irid jiġi aċċertat li t-tilqim ma jikkaġunax produzzjoni ta’ antikorpi kontra n-nukleoproteina jew in-newraminidażi, u għalhekk tista’ tiġi implimentata strateġija DIVA (Differenzjazzjoni ta’ Annimali Infettati minn Annimali Mlaqqma).

Għalkemm il-prodotti mediċinali veterinarji jistgħu jiġu rreġistrati jew awtorizzati mingħajr ma fil-fatt jiġu kkummerċjalizzati f’Malta, dan ma japplikax għal vaċċini ħajjin (live vaccines)  . Vaċċini ħajjin jistgħu jiġu rreġistrati jew awtorizzati biss jekk ikunu jistgħu jitħallew jiġu kkummerċjalizzati f’Malta.

Nota fuq it-tul ta’ żmien għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet

It-tul ta’ żmien (bl-esklużjoni ta’ waqfien li ma jiddependix mit-taqsima) għall-eżaminazzjoni tal-formoli tal-huwa ta’ 45 jum. Formoli ta’ applikazzjoni jiġu evalwati fl-ordni li li jaslu filwaqt li xi applikazzjonijiet huma prijoritizzati. Per eżempju, proċess ta’ applikazzjoni ta’ vaċċin għal razza ta’ virus f’annimal li jipproduċi l-ikel jeħu preċedenza fuq applikazzjoni għal prodott mediċinali veterianrju għall-ħut tal-akwarju.

Huwa essenzjali li l-applikanti jimlew il-formoli sewwa u li d-dokumenti mitluba jkunu inklużi. Jekk dan ma jsirx ikun hemm dewmien fid-determinazzjoni tal-applikazzjoni.

Iż-żmien biex tingħata l-awtorizzazzjoni huwa ż-żmien meħtieġ għall-evalwazzjoni flimkien maż-żmien meħtieġ mill-applikant biex jirrispondi l-mistoqsijiet li jqumu waqt l-evalwazzjoni.

Jekk ma jkun hemm l-ebda rispons fi żmien 6 xhur mit-talba li tkun intbagħtet mit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji, l-applikazzjoni titqies bħala waħda rtirata.

Wara li tingħata l-awtorizzazzjoni, l-utent tal-awtorizzazzjoni għandu joqgħod attent mill-prodott fis-suq u jara li ma jkunx hemm reazzjonijiet avversi għall-mediċina riżultat tal-prodott/difetti tal-lott.

L-obbligi wara l-awtorizzazzjoni, bħall-varjazzjonijiet, għandhom jibqgħu jiġu osservati matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodott.

Il-ħlasijiet isiru fil-kont bankarju li ġej:

Benefiċjarju

Direttorat Għas–Servizzi Veterinarji

Isem tal-Bank

Bank Ċentrali ta’ Malta

Bank Address

Castille Place, Valletta, Malta

Isem tad-Detentur tal-Kont

Kaxxier Gvern ta’ Malta

Kodiċi tal-Bank

01100

Numru tal-kont

MT55MALT011000040001EURCMG5001H

Kodiċi SWIFT/BIC

MALTMTMT

Numru tal-VAT (jekk meħtieġ)

MT22004702

It-tariffa tkopri wkoll l-ispiża għal kwalunkwe proċedura ta’ wara l-awtorizzazzjoni

Għal dawk il-prodotti li għandhom Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq (Ċentralizzat, Nazzjonali, DCP u MRP) il-validità ta’ dik l-Awtorizzazzjoni hija skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2019/6, jiġifieri hija indefinita, sakemm ma japplikawx ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, l-Awtorizzazzjoni għat-Tqegħid fis-Suq għadha suġġetta għal ħlas amministrattiv applikabli.

Il-ħlasijiet għandhom isiru mill-inqas xahrejn, iżda preferibbilment mhux aktar minn sitt xhur, qabel ma jkunu dovuti. Il-prova ta’ dan il-ħlas (ġeneralment rendikont ta’ trasferiment bankarju (bank transfer statement) ) hija dokument obbligatorju li jiġi sottomess bħala parti mill-formola tal-applikazzjoni.

Huwa d-dmir tad-detentur tar-reġistrazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni li jħallas għall-ewwel awtorizzazzjoni/reġistrazzjoni u t-tariffi amministrattivi sussegwenti. Id-detentur tar-reġistrazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni għandu jissottometti applikazzjoni ġdida meta joqrob il-perjodu kopert mit-tariffa amministrattiva preċedenti.

Il-varjazzjonijiet għall-Awtorizzazzjonijiet nazzjonali tal-Kummerċjalizzazzjoni u DCP/MRPs/Rikonoxximent Sussegwenti għandhom jiġu sottomessi skont ir-Regolament (UE) 2019/6 u l-formoli ta’ applikazzjoni standard tal-UE kollha. It-tariffa hija inkluża fil-tariffa amministrattiva, għalhekk m’hemm l-ebda tariffa assoċjata mal-formoli ta’ applikazzjoni għal dawn il-varjazzjonijiet.

Il-varjazzjonijiet għal prodotti awtorizzati ċentralment jiġu sottomessi lill-EMA u mhux lit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji.

‘Notifika ta’ Bidliet’ (minflok varjazzjonijiet) huwa t-terminu użat biex jiddeskrivi l-bidliet fil-prodotti rreġistrati skont l-Artikolu 116.

Għan-‘Notifika ta’ Bidliet’ u l-varjazzjonijiet għat-tipi l-oħra ta’ awtorizzazzjoni (jiġifieri kollha ħlief iċ-ċertifikati tal-bejgħ ħieles (Free Sale) u l-awtorizzazzjoni kaskata) għandha tintuża l-formula ‘Tibdil fir-Reġistrazzjoni Nazzjonali u l-Awtorizzazzjoni Nazzjonali‘.

It-tariffa hija inkluża fil-tariffa amministrattiva, għalhekk m’hemm l-ebda tariffa assoċjata mal-formoli ta’ applikazzjoni.

 

Irtirar mis-Suq ta’ Prodott Mediċinali Veterinarju

Għandha tintuża formola ta’ applikazzjoni għall-Iritirar mis-Suq ta’ Prodott Mediċinali Veterinarju’ awtorizzat jew irreġistrat bi kwalunkwe proċess biex tinforma lit-Taqsima tal-Mediċini Veterinarji bl-intenzjoni tal-utent li jirtira l-prodott/i mis-suq Malti.

Irtirar mis-suq ta’ prodott m’għijiex l-istess ħaġa bħal meta prodott huwa awtorizzat iżda mhux kummerċjalizzat. Fil-każ ta’ dan tal-aħħar it-tariffi relevanti u l-obbligi ta’ wara l-ħruġ tal-awtorizzazzjoni (e.ż. varjazzjonijiet) għandhom jibqgħu jiġu onorati.

Id-‘Data proposta ta’ rtirar’ immarkata fuq il-formola ta’ applikazzjoni m’għandhiex tippreċedi d-data tas-sottomissjoni tal-formola ta’ applikazzjoni għall-irtirar.

Jekk il-prodott ma jiġix irtirat uffiċjalment permezz ta’ din il-formola ta’ applikazzjoni, jiġi kkunsidrat bħala li għadu fis-suq u għaldaqstant soġġett għat-tariffi relevanti.

Id-distributur bl-ingrossa għandu jeħles mill-istokk ta’ mediċina veterinarja fi żmien 6 xhur mid-‘Data proposta ta’ rtirar’.

Utenti ta’ Reġistrazzjoni/Awtorizzazzjoni/Awtorizzazzjoni ta’ Kummerċjalizzazzjoni huma xorta waħda mitluba li jobdu l-obbligi tagħhom ta’ wara l-kummerċjalizzazjzoni u dawk ta’ viġilanza farmakoloġika sakemm l-istokk kollu aċċessibli fl-ispiżeriji veterinarji jispiċċa.

Riżultat tal-irtirar tal-prodott il-proċeduri sussegwenti pendenti marbuta miegħu jitqiesu bħala rtirati. L-Utenti ta’ Reġistrazzjoni/Awtorizzazzjoni/Awtorizzazzjoni ta’ Kummerċjalizzazzjoni għandhom iżommu l-konferma tal-irtirar mit-Taqsima mad-dokumenti formali marbuta mal-prodott.

Jekk id-detentur tal-awtorizzazzjoni/reġistrazzjoni jiddeċiedi li jirtira prodott mediċinali veterinarju, il-formoli tal-applikazzjoni onlajn għandhom jintużaw skont il-URL li ġej:

Applikazzjoni għal Irtirar ta’ Mediċina Veterinarja mis-Suq Malti

Sakemm il-pagamenti pendenti kollha tas-snin preċedenti jkunu ġew saldati u l-kontijiet ikunu f’posthom, l-applikanti jistgħu jagħmlu talba lid-Direttorat biex kwalunkwe pagament li jifdal li jaqbeż is-sena jiġi nnettjat minn sottomissjonijiet futuri ta’ applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni/reġistrazzjoni ta’ prodotti mediċinali veterinarji.

It-talba trid tkun ċara u trid issir ir-referenza korretta għall-prodotti mediċinali veterinarji partikolari inkwistjoni.

L-ammont pro rata tal-pagament li għandu jiġi nnettjat se jiġi kkalkulat skont id-‘Data Mixtieqa tal-Irtirar’ fuq il-formola tal-applikazzjoni; li ma tistax tkun qabel id-data tas-sottomissjoni tal-formola tal-Applikazzjoni għall-Irtirar.

Kif imsemmi hawn fuq, din il-possibbiltà qed tiġi pprovduta wara l-ewwel sena ta’ awtorizzazzjoni/reġistrazzjoni

 

Tmiem il-Perjodu ta' Validità tal-Tariffa Amministrattiva

Ir-reġistrazzjoni/awtorizzazzjoni ta’ prodott mediċinali veterinarju tibqa’ valida irrispettivament minn jekk ċertifikat ta’reġistrazzjoni/awtorizzazzjoni mġedded jinħareġx qabel jew wara d-data ta’ skadenza tal-perjodu kopert mit-tariffa amministrattiva. Għalhekk, jekk applikant jissottometti applikazzjoni ġdida u din tkun għadha ma ġietx ipproċessata mill-Unità tal-Mediċini Veterinarji, xorta għandha titqies bħala valida.

Huwa d-dmir tad-detentur tar-reġistrazzjoni jew tal-awtorizzazzjoni li jħallas it-tariffa applikabbli u jissottometti formola ta’ applikazzjoni ġdida meta joqrob it-tmiem tal-perjodu ta’ validità tat-tariffa amministrattiva preċedenti.

Jekk applikazzjoni ġdida ma tiġix sottomessa u t-tariffa applikabbli ma titħallasx, ir-reġistrazzjoni/awtorizzazzjoni xorta titqies bħala valida u soġġetta għat-tariffa/i applikabbli.

Reġistrazzjoni/awtorizzazzjoni ma tibqax valida biss jekk u meta tiġi rtirata mill-applikant billi jissottometti Formola ta’ Applikazzjoni għall-Irtirar, jew jekk tiġi revokata b’mod permanenti jew it-tiġdid tagħha jiġi miċħud għal raġunijiet regolatorji ġustifikabbli mid-Direttorat għas-Servizzi Veterinarji.

The Department
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.